Tuesday, May 26, 2026

Qormi Daikin itemmu t-tielet fil-Euro Hockey Club Challenge 1

Aqra wkoll

Qormi Daikin temmew parteċipazzjoni ta’ prestiġju fil-EuroHockey Club Challenge I f’Predanovci fis-Slovenja billi spiċċaw fit-tielet post fil-klassifika finali. It-tim Malti sofra telfa kontra ċ-champions eventwali HAHK Mladost tal-Kroazja bl-iskor ta’ 6-0, fejn il-Kroati bnew vantaġġ kmieni b’erba’ gowls fl-ewwel taqsima u komplew jikkontrollaw il-logħba sat-tmiem.

Minkejja r-riżultat, Qormi ħallew impressjoni pożittiva f’kompetizzjoni ta’ livell għoli, u spiċċaw fit-tielet post flimkien ma’ HK Triglav Predanovci tas-Slovenja. Aktar qabel, il-Qriema rebħu 3-2 kontra Vinitsa 3-2 u spiċċaw fi draw ta’ 2-2 kontra Triglav.

It-titlu ġie maqsum bejn HAHK Mladost u Copenhagen HC, li rebħu l-finali rispettivi tagħhom kontra Qormi HC u HK Triglav rispettivament. Fit-klassifika finali, Épitök u HC SHVSM Olimpia Vinnitsa spiċċaw fil-5 post, filwaqt li Furuset LK temmew fis-7 post.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport