Raġel weġġa’ gravi wara li lbieraħ filgħaxija, għall-ħabta tas-7:00 p.m, kien involut f’inċident tat-traffiku fi Triq tas-Sliema fil-Gżira
Minn stħarriġ li sar irriżulta li r-raġel intlaqat minn Nissan Juke, li kienet qed tinstaq minn raġel ta’ 48 sena residenti San Pawl il-Baħar.
Fuq il-post issejjaħ tim mediku li taw l-ewwel għajnuna lir-raġel, li ttieħed l-Isptar Mater Dei għal aktar attenzjoni medika permezz t’ambulanza li ssejħet fil-post.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija b’rabta ma’ dan il-każ għadhom għaddejjin.