Illum, għall-ħabta tas-6:30 a.m., il-Pulizija ġiet infurmata li kien hemm bżonn l-assistenza fi Triq San Ġwann tal-Ħerba, il-Wardija.
Il-Pulizija marret mill-ewwel fuq il-post u hemmhekk irriżulta li raġel ta’ 54 sena li kien qed isuq Toyota IQ, tilef il-kontroll u daħal ġo għalqa.
Huwa ngħata l-assistenza minn tim mediku u ttieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza. Aktar tard huwa kien iċċertifikat bi ġrieħi gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan l-inċident għadhom għaddejjin.


