Wednesday, July 24, 2024

Raġel bi ġrieħi gravi wara li tilef il-kontroll tal-mutur u baqa’ dieħel fil-barrikati fil-Qala

Aqra wkoll

Raġel ta’ 35 sena residenti r-Rabat Għawdex qed isofri minn ġrieħi ta’ natura gravi, wara li lbieraħ għall-ħabta tad-9:30 p.m kien involut f’inċident fi Triq iż-Żewwieqa fil-Qala Għawdex.

Minn stħarriġ preliminari illi sar irriżulta li l-vittma kien qed isuq mutur tat-tip Honda FSH, meta tilef il-kontroll u kellu mpatt ma’ xi barikati li kien hemm fit-triq.

Tim mediku assista lir-raġel u ttieħed l-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex permezz t’ambulanza.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

Ekonomija

Sport