Tuesday, April 30, 2024

Raġel bi ġrieħi gravi wara li waqa’ madwar sular u nofs waqt li kien fuq sellum fl-Imdina

Aqra wkoll

Raġel ta’ 66 sena residenti Ħaż-Żebbuġ qed isofri ġrieħi gravi wara li aktar kmieni dalgħodu għall-ħabta tal-11:30 a.m, kien involut f’inċident fi Triq Villegaigon fl-Imdina.

Minn stħarriġ illi sar, irriżulta li l-vittma weġġa’ wara li waqa’ madwar sular u nofs waqt li kien fuq sellum.

Fuq il-post issejjaħ tim mediku sabiex jassisti, fejn il-vittma ttieħed b’ambulanza l-Isptar Mater Dei għall-kura medika.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport