Raġel ta’ 57 sena minn San Pawl il-Baħar jinsab fil-periklu tal-mewt,wara li aktar kmieni dalgħodu, għall-ħabta tad-9:30 a.m, huwa waqa’ minn fuq scaffolding f’sit ta’ kostruzzjoni.
L-inċident seħħ fi Triq Santu Rokku, il-Kalkara.
Minn stħarriġ preliminari illi sar, irriżulta li r-raġel kien qiegħed fuq scaffolding meta waqa’ minn għoli ta’ madwar 2 metri.
Fil-post issejaħ tim mediku flimkien mal-membri tal-Protezzjoni Ċivili biex ir-raġel ingħata l-għajnuna neċessarja sakemm huwa seta jittieħed l-Isptar Mater Dei għal aktar osservazzjoni medika. Aktar tard huwa ġie ċċertifikat bi ġrieħi serji.
Bil-każ kienet infurmata l-Maġistrat tal-Għassa Dr Abigail Critien li ħatret inkjesta.
L-investigazzjonijiet mill-Pulizija għadhom għaddejjin.