Monday, May 13, 2024

Raġel fil-periklu tal-mewt wara li weġġa’ fiż-Żejtun

Aqra wkoll

Illum, għall-ħabta tas-7.15am, il-Pulizija ġiet infurmata li kien hemm bżonn l-assistenza tagħha f’sit ta’ kostruzzjoni, fi Triq Orazio Diacono, iż-Żejtun.

Il-Pulizija marru mill-ewwel fuq il-post u minn stħarriġ li sar jidher li raġel ta’ 39 sena residenti Ħal Luqa, hekk kif kien dieħel fis-sit żelaq fl-ilma tax-xita u weġġa’.

Fuq il-post issejjaħ tim mediku sabiex jassisti lill-vittma u ambulanza ħaditu l-Isptar Mater Dei.

Iktar tard, ir-raġel ġie ċċertifikat li weġġa’ serjament.

Il-Maġistrat Dr Joseph Mifsud LL.D ġie infurmat bil-każ u ħatar inkjesta.

Il-Pulizija għaddejja bl-investigazzjonijiet fuq il-każ.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport