Saturday, May 4, 2024

Raġel fit-Tajlandja jgħix mal-katavru ta’ martu għal 21 sena b’turija ta’ ‘imħabba eterna’

Aqra wkoll

Raġel anzjan li għex mal-katavru ta’ martu għal 21 sena fl-aħħar resaq ‘il quddiem biex tiġi kremata.

Charn Janwatchakal sellem għall-aħħar darba is-sieħba tiegħu wara li kien jgħix mal-fdalijiet tagħha għal aktar minn għoxrin sena f’dik li sejjaħ turija ta’ “imħabba eterna”.

Ir-raġel ta’ 72 sena, minn Bangkok fit-Tajlandja, ta l-aħħar tislima lil martu fit-30 ta’ April bl-għajnuna tal-Phet Kasem Bangkok Foundation.

Ritratti juru lil Charn jibki u jgħin biex iġorr it-tebut barra d-dar tiegħu fid-distrett ta’ Bang Khen fil-belt.

Rapporti f’midja Ingliża qalu li Charn kien għex mal-ġisem tagħha, li kien ġewwa tebut, f’dar żgħira tal-konkos ta’ sular wieħed li kienet tidher qisha kamra tal-ħażna.

Huwa mifhum li kien irreġistra l-mewt ta’ martu, minkejja li għamel bħallikieku kienet ħajja u għalhekk m’huma qed jittieħdu l-ebda passi legali kontrih talli ħeba kadavru.

Sport