Raġel ta’ 60 sena residenti n-Nadur Għawdex tilef ħajtu traġikament hekk kif waqa’ minn fuq il-bejt tad-dar tiegħu għal ġox-xaft tas-sit.
Il-pulizija ġew informati b’dan il-każ għall-ħabta tat-8.00am fejn kien hemm bżonn l-assistenza f’sit fi Triq id-Duru, in-Nadur, Għawdex, fejn instab raġel bla ħajja.
Sfortunatament, il-vittma kien iċċertifikat mejjet fuq il-post.
Bil-każ ġiet infurmata l-Maġistrat Dr Brigette Sultana LL.D li ħatret diversi esperti sabiex jassistu fl-inkjesta li ġiet appuntata, filwaqt li l-investigazzjonijiet mill-Pulizija għadhom għaddejjin.