Raġel iweġġa’ gravi wara li żviluppaw xi nirien f’residenza f’Raħal Ġdid

0
868

Raġel ta’ 42 sena, residenti Bormla, sofra ġrieħi gravi wara li żviluppaw xi nirien f’residenza.

Il-każ seħħ illum għall-ħabta tal-10.00a.m. fi Triq tal-Borg, Raħal il-Ġdid.

Il-Pulizija marret immedjatament fuq il-post u minn investigazzjonijiet preliminari rriżulta li purtiera kienet ħadet in-nar. Fl-istess residenza kien hemm żewġ nisa, waħda ta’ 39 sena u anzjana ta’ 75 sena, li ma sofrewx ġrieħi.

Il-vittma ngħata l-għajnuna minn tim mediku, ittieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza u aktar tard ġie ċċertifikat li weġġa’ gravi.

Membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili kienu wkoll fuq il-post.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.