Raġel ta’ 54 sena, minn San Ġwann, ittieħed l-Isptar Mater Dei wara li kien involut f’inċident tat-traffiku fi Triq Bontadini, Birkirkara, għall-ħabta tat-8.30 tas-Sibt filgħaxija.
Fl-inċident kienu involuti żewġ muturi, Voge li kien qed jinstaq mir-raġel ta’ 54 sena u Kymco li kien qed jinstaq minn Indjan ta’ 31 sena, residenti Birkirkara.
Il-kundizzjoni tar-raġel Malti għadha mhix magħrufa.
