Monday, December 9, 2024

Raġel jinqatel wara li ttanta jattakka l-Qorti Suprema tal-Brażil

Aqra wkoll

Raġel li nhar l-Erbgħa filgħaxija pprova jattakka l-Qorti Suprema tal-Brażil fil-kapitali Brasilia aktar li nqatel bl-isplussivi li kellu marbutin miegħu stess. Il-Pulizija identifikat lir-raġel bħala Francisco Wanderley Luiz, li kkontesta bla suċċess fl-elezzjonijiet tal-kunsilli għall-Partit Liberali (PL) tal-eks President tal-lemin Jair Bolsonaro.

Il-katavru tiegħu instab barra l-bini tal-Qorti ftit wara li żewġ splużjonijiet ħasdu l-inħawi. Dawk li kienu fil-qrib qalu li raw lir-raġel igara dak li deher li kien splussiv lejn il-bini tal-Qorti. Ħadd ieħor ma weġġa’ fl-inċident. 

L-avukat ġenerali tal-Brażil, Jorge Messias, iddenunzja dak li qal li kien attakk intenzjonat u wiegħed li se ssir investigazzjoni sħiħa dwar l-isplużjonijiet filwaqt li ikkundanna bil-qawwa l-attakki kontra l-Qorti Suprema.

Il-pulizija għad trid tiddetermina l-motivazzjoni wara l-attakki, u għad trid ukoll tistabbilixxu mill-ġdid il-paċi u s-sigurtà malajr kemm jista ‘jkun.

Il-midja lokali irrapportat li l-aggresur Wanderley hu minn Rio do Sul, fl-istat tan-Nofsinhar ta’ Santa Catarina, fejn kien ikkontesta għal kunsillier mal-Partit Liberali fl-2020 iżda kiseb biss 98 vot.

Ritratti miġbuda minn aġenziji tal-aħbarijiet urew lir-raġel mejjet mimdud f’żona barra l-bini tal-Qorti Suprema, hekk kif l-uffiċjali ċċirkundaw iż-żona.

Il-Viċi Gvernatur ta’ Brasilia Celina Leão qalet lill-ġurnalisti li l-isplużjoni seħħet wara li raġel resaq lejn id-daħla tal-Qorti Suprema iżda ma daħalx fil-bini. Hija rrakkomandat li l-parlament jibqa’ magħluq matul il-jum tal-bieraħ filwaqt li l-investigazzjonijiet ikomplu.

Wara l-attentat, il-Qorti Suprema qalet fi stqarrija li l-bini kien evakwat bħala miżura ta’ prekawzjoni wara li nstemgħu splużjonijiet. L-Imħallfin kienu għadhom kif spiċċaw is-smiegħ ta’ sessjoni plenarja u ġew evakwati malajr b’mod sigur.

Il-qorti tinsab fil-Praça dos Três Poderes, jew il-Pjazza tat-Tliet Poteri Plaza, fejn hemm l-uffiċċji presidenzjali. Il-midja lokali rrapportat li l-President Luiz Inácio Lula da Silva kien telaq ż-żona ftit qabel l-isplużjonijiet.

L-isplużjonijiet ikkkoinċidaw ma żjara li għandu jagħmel il-ġimgħa d-dieħla l-President Ċniż Xi Jinping fil-kapitali Brasilia, wara vjaġġ għas-summit tal-G20 f’Rio de Janeiro.

Is-sena l-oħra, il-pjazza kienet ix-xena ta’ diżordni tal-massa, wara li l-partitarji ta’ l-eks president tal-lemin Jair Bolsonaro attakkaw il-binjiet jiem wara li l-President Lula kien ħa l-ġurament tal-ħatra bħala president tal-pajjiż. 

Ekonomija

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport