Wednesday, April 24, 2024

Raġel jinstab mejjet f’karozza f’Birkirkara

Aqra wkoll

Raġel instab mejjet f’karozza f’Birkirkara. Kien għall-ħabta tas-6.30 p.m. li l-Pulizija daħlilhom rapport li f’karozza li kienet ipparkjata fi Triq Ħas Sajjied seta’ kien hemm raġel mejjet, wara li dan intlemaħ mitluf minn sensih.

L-identità tar-raġel għadha mhix magħrufa.

Il-pulizija qalet li r-raġel ma jidhirx li nstab mejjet f’ċirkostanzi suspettużi, madankollu se jkomplu bl-investigazzjonijiet biex jaċċertaw il-kawża tal-mewt.

Sport