Thursday, December 26, 2024

Raġel jitlef ħajtu f’pixxina f’San Pawl il-Baħar

Maria Azzopardi
Maria Azzopardi
Ġurnalista

Aqra wkoll

Ingliż ta’ 27 sena tilef ħajtu wara li sab ruħhu f’diffikultà waqt l kien qed jgħum ġo pixxina.

Kien ilbieraħ għall-ħabta tat-7.45p.m. meta l-Pulizija ġiet infurmata li kien hemm persuna li sabet ruħha f’diffikultà waqt li kienet qed tgħum f’pixxina fi Triq it-Trunċiera, San Pawl il-Baħar.

Ir-raġel ingħata l-ewwel għajnuna minn nies li kienu fuq il-post u baqgħu jassistu sakemm waslu l-paramediċi.

Huwa ttieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza iżda sfortunatament ġie ċċertifikat mejjet ftit tal-ħin wara.

Il-Maġistrat tal-Għassa Donatella Frendo Dimech ġiet infurmata bil-każ u ħatret inkjesta. 

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

Ekonomija

Sport