Tuesday, April 16, 2024

Tindarab gravi wara li ntlaqtet minn karozza

Aqra wkoll

Mara ta’ 61 sena residenti San Ġiljan sofriet ġrieħi gravi wara li ntlaqtet minn karozza.

L-inċident seħħ tard ilbieraħ filgħaxija għall-ħabta ta’ nofsillejl fi Triq ix-Xatt, Tal-Pietà.

Mill-ewwel investigazzjonijiet irriżulta li l-mara ntlaqtet minn Peugeot li kienet qed tinstaq minn raġel ta’ 53 sena residenti l-Belt Valletta.

Il-vittma ngħatat l-għajnuna minn tim mediku, ittieħdet l-Isptar Mater Dei b’ambulanza u ġiet iċċertifikata li weġġgħet gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

Ekonomija

Sport