Thursday, October 10, 2024

Eks qassis akkużat b’abbużi sesswali fuq tfal fis-snin sittin

Victor Vella
Victor Vella
Ġurnalist

Aqra wkoll

Fl-Istati Uniti komplew ħerġin aktar każi ta’ abbużi sesswali minn membri tal-kleru fuq tfal.  L-aħħar każ li issa tqajjem hu dak ta’ eks qassis f’South Burlington. Dan qed ikun akkużat b’abbużi sesswali fuq tfal fis-snin sittin.

Vittma li ħareġ bl-akkużi irid jibqa’ anonimu u llum għandhom ftit aktar minn sittin sena. Hu qed jallega li Fr Roger W Carlin immolestaw u abbuża minnu meta kellu disa’ snin fl-1966 u fl-1967. Dan sar fil-Knisja ta’ St John Vianney f’South Burlington. 

Mithcell Garabedian, avukat tal-vittma li hu rappreżentant legali li fil-passat irrappreżenta vittma oħra ta’ abbużi sesswali minn qassisin, qal li “dan il-vittma jixtieq li jfejjaq din il-ferità. Irid jgħin vittmi oħra u jrid dinja li tkun aktar sigura għat-tfal.”

Hu sostna li “l-ħtija hi kbira u hu qed jipprova ifiq. Qed jipprova jagħlaq dan l-episodju ikrah f’ħajtu. Qatt ma jistgħu ifiqu kompletament”.

Fl-aħħar jiem, Robert Hoatson, eks qassis li jaħdem fuq każi ta’ vittmi li kienu abbużati sesswalment minn qassisin, fl-aħħar jiem talab li jara il-files li jikkonċernaw lil Roger W Carlin. Hu kien serva fid-djoċesi Kattolika Rumana f’Burlington għal għoxrin sena sħaħ. Hoatson għadu kif talab lill-Isqof tad-Djoċesi biex jirrilaxxa il-files kollha li jikkonċernaw lil Roger W. Carlin.  

Sport