Sunday, May 5, 2024

Raġel l-Isptar wara li nqaleb bil-karozza f’Birżebbuġa

Aqra wkoll

Raġel kellu jiddaħħal l-Isptar Mater Dei wara li għall-ħabta tat-2:45 p.m. kien involut f’inċident tat-traffiku fi Triq Ħal Far, f’Birżebbuġa.

Minn informazzjoni li kiseb dan is-sit irriżulta li s-sewwieq, raġel ta’ 41 sena residenti s-Siġġiewi kien qed isuq il-vettura meta għal xi raġuni tilef il-kontroll u baqa’ dieħel f’ħajt.

Huwa ngħata l-ewwel għajnuna medika fuq il-post sakemm seta’ jittieħed l-Isptar Mater Dei permezz ta’ ambulanza. S’issa l-kundizzjoni tiegħu għadha mhix magħrufa.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

Sport