Saturday, May 18, 2024

Raġel l-Isptar wara li ntlaqat minn karozza f’Ħaż-Żebbuġ

Aqra wkoll

Raġel ta’ 56 sena residenti l-Gudja weġġa’ gravi wara li dalgħodu ntlaqat minn karozza f’Ħaż-Żebbuġ. 

Kien għall-ħabta tal-5.30 a.m. xħin il-Pulizija kienet infurmata b’inċident fi Triq l-Imdina. 

Minnufih il-pulizija marret fuq il-post fejn irriżulta li r-raġel kien intlaqat minn karozza misjuqa minn raġel ta’ 39 sena residenti l-Marsa.

Fuq il-post issejjaħ tim mediku sabiex jassisti u r-raġel ittieħed l-Isptar Mater Dei għal aktar kura. Il-kundizzjoni tiegħu għadha mhix magħrufa.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

Sport