Saturday, December 21, 2024

Raġel l-Isptar wara li ntrass bejn żewġ karozza fir-Rabat Għawdex

Aqra wkoll

Raġel ta’ nazzjonalità Torka li għandu 27 sena kellu jiddaħħal l-Isptar wara li għall-ħabta tat-8.15am intrass bejn żewġ karozzi.

Il-każ seħħ fi Triq Borg Olivier eżatt ħdejn il-venda tal-linja tar-Rabat Għawdex. Mill-ewwel investigazzjonijiet jirriżulta li kien hemm karozza wieqfa qed tistenna biex iddur lejn Pjazza San Franġisk, filwaqt li warajha kien hemm karozza oħra.

It-Tork ipprova jaqsam minn bejn iż-żewġ karozzi bil-konsegwenza li ntrass bejnithom.

Iż-żewġ vetturi kienu qegħdin jinsaqu minn raġel ta’ 43 sena residenti r-Rabat Għawdex filwaqt li l-oħra kienet qed tinsaq minn raġel ta’ 76 sena residenti l-Mellieħa.

Fuq il-post mar tim mediku b’ambulanza li wara li taw l-ewwel għajnuna lir-raġel ittieħed l-Isptar Ġenerali t’Għawdex għal aktar kura.

Il-kundizzjoni tiegħu s’issa għadha mhix magħrufa, iżda sorsi fuq il-post qalulna li t-Tork tkellem mat-tim mediku għalhekk kien jidher li kellu xi ksur f’saqsajh.

Il-pulizija qegħdin jinvestigaw dan il-każ.

Ekonomija

Sport