Sunday, May 19, 2024

Raġel l-Isptar wara li ttajjar f’San Ġiljan

Aqra wkoll

Raġel ittieħed lejn l-Isptar Mater Dei wara li aktar kmieni kien involut f’inċident stradali li seħħ fi Triq Gort f’San Ġiljan.

L-inċident seħħ għall-ħabta tas-1:30 p.m meta għal xi raġuni r-raġel intlaqat minn vettura tal-għamla Jaguar li kienet qiegħda tinstaq minn raġel ta’ 52 sena residenti l-Imsida.

Fil-post issejħet ambulanza u tim mediku li assistew lir-raġel sakemm seta’ jittieħed lejn l-Isptar. S’issa għadha mhijiex magħrufa l-kundizzjoni tiegħu.

Aktar informazzjoni kif taslilna…

Sport