Friday, October 30, 2026
Home Sport Raġel li hedded li joqtol lil bint Angel Di Maria jintbagħat il-ħabs...

Raġel li hedded li joqtol lil bint Angel Di Maria jintbagħat il-ħabs għal seba’ snin u nofs

0
139

Raġel ta’ 45 sena, Sergio Di Vanni, ġie kkundannat għal seba’ snin u nofs ħabs talli hedded li joqtol lil Pia, it-tifla tal-eks player ta’ Manchester United, Angel Di Maria.

Fl-2024, l-Arġentin irċieva theddid wara li ħabbar il-pjani tiegħu li jirritorna ma’ Rosario Central, il-club li trabba fih. Di Vanni, partitarju ta’ Newell’s Old Boys, ħalla ras ta’ ħanżir b’balla f’moħħu quddiem aġenzija tal-proprjetà ta’ oħt Di Maria, flimkien ma’ nota ta’ theddid.

Mara ta’ 25 sena ngħatat tliet snin ħabs f’Ġunju għall-istess reat, filwaqt li t-tielet suspettat għadu ma nqabadx.

Di Maria eventwalment irritorna ma’ Rosario Central u għen lill-club jirbaħ il-kampjonat Arġentin.

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here