Monday, April 29, 2024

Raġel ta’ 41 sena u mara ta’ 69 jmutu waqt li kienu pożittivi għall-Covid-19

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Minn total ta’ 3,998 swab tests li saru fl-aħħar 24 siegħa feġġew 49 każ ġdid ta’ Covid-19. Fl-istess waqt kien hemm 43 persuna ddikjarati mfejqa fl-aħħar 24 siegħa. B’dan il-mod, il-każi attivi telgħu għal 723.

L-awtoritajiet tas-saħħa qalu wkoll li hemm 31 pazjent li huma pożittivi u li bħalissa qed jingħataw il-kura fl-Isptar Mater Dei. Minn dawn, hemm tnejn li jinsabu fl-ITU.

It-total ta’ mwiet issa huwa 444 hekk kif fl-aħħar 24 siegħa mietu mara ta’ 69 sena u raġel ta’ 41 sena waqt li kienu pożittivi bil-virus.

Dwar l-għoti tat-tilqim kontra l-Covid-19, l-awtoritajiet tas-saħħa qalu li sal-bieraħ ngħataw total ta’ 799,148 doża. Minn dawn 415,210 ħadu l-ewwel doża filwaqt li 413,811 persuna huma mlaqqma kompletament.

Sport