Wednesday, April 24, 2024

Raġel ta’ 50 sena minn Tas-Siema qed jiġi mitkellem mill-Pulizija b’rabta mal-isparatura f’Tas-Sliema stess

Aqra wkoll

Kien għall-ħabta tal-11:00 a.m meta l-Pulizija daħlilha rapport dwar ħoss ta’ sparatura f’appartament li jinsab fi Triq il-Kbira. Dwar dan il-każ il-Pulizija qed tkellem raġel ta’ 50 sena minn Tas-Sliema.

Dan qalu l-kelliem tal-Pulizija, Brandon Pisani, f’aġġornament li ta lill-midja fuq il-post. Pisani qal li l-Pulizija għadha trid tistabbilixxi jekk seħħitx jew le din l-isparatura.

Dwar dan il-każ infetħet inkjesta maġisterjali mmexxija mill-Maġistrat Abigail Critien li ħatret bosta esperti biex jgħinuha fl-inkjesta.

4:00p.m- Ġuvni jispara tir minn gallarija wara li pprovaw ikellmuh il-Pulizija

Minn informazzjoni li għadu kif kiseb dan is-sit jirriżulta li dalgħodu għall-ħabta tat-3:00 a.m, il-ġuvni spara tir fir-residenza tiegħu.

Jidher li l-Pulizija marru jfittxuh fuq il-post iżda dan ma riedx jiftħilhom.

Ġara li meta l-Pulizija żgassaw il-bieb, dak il-ħin il-guvni ħareġ ġol-gallarija u spara tir

Il-Pulizija tirċievi rapport ta’ sparatura f’Tas-Sliema

Kien għall-ħabta tal-12:00 p.m, meta l-Pulizija rċeviet rapport dwar ħsejjes relatati ma’ tiri fl-akwati ta’ Triq Amery, f’Ta’ Sliema

Dan ġie kkonfermat minn kelliem għall-Puliziija ma’ dan is-sit, filwaqt li sa issa għad ma hemmx informazzjoni jekk hemmx xi ħadd midrub.

Aktar dettalji malli jaslulna.

Sport