Friday, May 3, 2024

Raġel ta’ 60 sena jweġġa’ gravi wara li ntlaqat minn karozza

Aqra wkoll

Raġel ta’ 60 sena minn Tas-Sliema weġġa’ gravi wara li ntlaqat minn karozza.

Il-każ seħħ fid-8:45 a.m fi Triq San Pawl f’San Ġwann.

Irriżulta li r-raġel intlaqat minn karozza tat-tip Toyota Vitz misjuqa minn mara ta’ 29 sena minn San Ġwann.

Ir-raġel ingħata l-assistenza minn tim mediku u ttieħed l-isptar Mater Dei b’ambulanza.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

Sport