Saturday, September 7, 2024

Raħal ġdid b’rekord nazzjonali tal-akbar ammont ta’ funtani tan-nar li ġew maħruqa ġo waterfall

Aqra wkoll

L-Għaqda Soċjali Mużikali Kristu Sultan Banda Paola kisret rekord nazzjonali, li ġie rikonoxxut fil-kotba ta’ The Malta Records.

Dan qalitu The Malta Records fuq il-paġna ta’ Fcebook, fejn irrimarkat li r-rekord perfett tal-akbar ammont ta’ funtani tan-nar maħruqa ġo waterfall fil-festa tar-raħal kien dak b’total ta’ 345 funtana.

Ir-rekord miksur kien ilu eżistenti aktar minn 7 snin, propju fid-19 ta’ Mejju, 2017 meta għall-festa ta’ Santu Wistin ġewwa l-Belt Valletta kien sar rekord ta’ waterfall b’total ta’ 150 funtana.

Ekonomija

Sport