Monday, January 17, 2022

Raheem Sterling jirbaħ il-premju tal-Player tax-Xahar għal Diċembru

Aqra wkoll

L-attakkant ta’ Manchester City, Raheem Sterling rebaħ il-premju tal-Player tax-Xahar tal-Premier League għal Diċembru.

Iż-żagħżugħ ta’ 27 sena gawda minn żmien prolifiku quddiem il-lasta matul il-perjodu tal-festi, skorja ħames darbiet u pprovda assist wieħed f’ħames logħbiet għat-team ta’ Pep Guardiola.

Sterling beda Diċembru billi pprovda l-assist għall-ewwel goal ta’ Ruben Dias f’rebħa ta’ 2-1 kontra Aston Villa, qabel ma skorjaw l-ewwel goal ta’ Man City fir-rebħa ta’ 3-1 kontra Watford.

Il-player internazzjonali Ingliż imbagħad sar it-32 player fl-istorja tal-Premier League li laħaq it-tragward tal-100 goal meta kkonverta penalty kontra Wolverhampton Wanderers biex issiġilla rebħa minima ta’ 1-0 għal Man City ġewwa darhom.

In-numru sebgħa tas-City approfitta mill-viċin biex ikkonkluda rebħa komda ta’ 4-0 kontra Newcastle United, qabel temmew l-2021  fi trijonf ta’ 6-3 fuq Leicester City f’Boxing Day.

B’reazzjoni għall-premju tiegħu, Sterling qal li: “Ninsab kuntent li nerġa’ nirbaħ dan il-premju – iżda Diċembru kien xahar mill-aqwa għat-team kollu mhux għalija biss.”

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport