Diversi mezzi tax-xandir Ġermaniżi qed isemmu li l-kowċ il-ġdid ta’ Bayern Munich li jieħu post Thomas Tuchel jista’ jkun Ralf Rangnick. Din il-konferma waslet mid-direttur sportiv tal-Federazzjoni Awstrijaka Peter Shottel li rċieva talba mingħand il-klabb mill-Bavarja għalih.
Wara li ma rnexxilhomx jikkonvinċu lil Xabi Alonso, Julian Nagelsmann, Unai Emery u Zinedine Zidane, Bayern Munich issa se jmorru għall-eks kowċ ta’ RB Leipzig u Manchester United.
Rangnick bħalissa hu l-kowċ tat-tim nazzjonali Awstrijak.