Thursday, September 26, 2024

Raphael Varane jirtira mill-futbol

Aqra wkoll

Id-difensur ċentrali Franċiż Raphael Varane ħabbar li se jirtira għal kollox mill-futbol. Dan l-aħħar hu kien akkwistat minn Como, tim promoss għas-serie A Taljana iżda dam biss ftit ġranet hekk kif reġa’ bdielu.

Varane qed iħoss li marritlu l-ħeġġa biex jilgħab u dan kollu wassal għal din id-deċiżjoni. Hu għandu 31 sena u fil-karriera tiegħu lagħab ma’ Lens, Real Madrid u Manchester United. Mat-tim nazzjonali Franċiż hu deher 93 darba u skorja ħames gowls.

Artiklu preċedenti

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport