Saturday, April 27, 2024

Rapporti li Malta qed titlob lura s-sinna fossilizzata ta’ kelb il-baħar Megalodon mogħtija lil Prinċep George

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Miktub minn Carmen Cachia

Aħbar riċenti kienet dik li l-Prinċep George, eredi għat-tron Ingliż, ingħata sinna ta’ kelb il-baħar tat-tip “Carcharocles Megalodon” fl-ewwel laqgħa li kellu ma’ Sir David Attenborough. F’rapporti mill-midja kemm Ingliż, kif ukoll lokali, jingħad li issa l-Ministru tal-Kultura, Josè Herrera, talab li din is-sinna “storika” titpoġġa f’mużew f’Malta.

Il-prinċep żgħir li għandu seba’ snin deher jippoża jżomm is-sinna ffossilizzata tal-Carcharocles Megalodon li huwa wieħed mill-aktar predaturi feroċi u estinti li qatt eżistew fl-ibħra.

Sir David qal li sab din is-sinna antika 23 miljun sena midfuna fil-ġebel waqt li kien f’mawra f’Malta lejn l-aħħar tas-snin 60. 

Malta kienet kolonja Ingliża sal-1964 u r-Reġina kienet il-kap tal-istat sal-1974. Rapporti fil-midja barrinija issa ħabbru li l-awtoritajiet f’Malta jixtiequ li dan il-fossili tant rari jiġi ritornat Malta u li diġà bdew id-diskussjonijiet ma’ dawk konċernati fir-rigward.

Din l-artifatt hija meqjusa importanti ħafna u tagħmel parti mill-wirt storiku tagħna li spiċċat barra minn xtutna. Jekk din tinstab li hija f’kundizzjoni tajba, is-sinna tal-Carcharocles Megalodon hija imprezzabbli għall-kollezzjonisti kollha tal-fossili.

Is-sinna hija waħda speċjali minħabba li hija sejba rari għad-daqs li hija tant li jingħad li tista’ tinbiegħ bl-eluf ta’ Ewro. Sir David ippreżenta dan ir-rigal lill-Prinċep George wara li mar jara d-dokumentarju ġdid tiegħu “A Life On Our Planet” fil-palazz Ingliż irjali.

It-tħaffir u t-tehid ta’ fossili f’pajjiżna huwa regolat u dawk li jieħdu artifatti ta’ dan it-tip mingħajr permess ikunu qegħdin jiksru l-Att tal-Wirt Kulturali ta’ Malta tal-2002.

Sport