Wara li akkwistaw lil Houssem Aouar u lil Evan N’Dicka, Roma jinsabu viċin li jiksbu l-firma tad-difensur lemini Rasmus Kristensen. Dan il-plejer għandu 25 sena u fl-istaġun li għadda lagħab ma’ Leeds United fejn kellu l-mumenti tajbin tiegħu fid-dipartiment difensiv. Fil-fatt hu lagħab 26 logħba u skorja tliet gowls.
Il-kowċ ta’ Roma Jose Mourinho ta parir lid-diriġenti tal-klabb sabiex imorru għalih minħabba s-saħħa li għandu fid-difiża u l-mod ta’ kif itella’ l-ballun minn wara.