Monday, September 30, 2024

Real Betis iridu lil David de Gea

Aqra wkoll

Real Betis qed ifittxu gowlkiper hekk kif il-kowċ Manuel Pellegrini jixtieq element bejn il-lasti li jkun xi ftit żagħżugħ. Fil-fatt hu ma tantx jinsab kuntent bi Claudio Bravo u Rui Silva li mhux dejjem laħqu l-istennija tiegħu.

L-għan tat-tim mill-belt ta’ Seville hu dak li jiksbu s-servizzi tal-eks-gowlkiper ta’ Manchester United David de Gea. Dan tal-aħħar ilu mingħajr klabb sa minn Ġunju li għadda iżda mhux jgħaġġel fid-deċiżjoni tiegħu.

Id-diriġenti ta’ Real Betis se jkunu qed joffrulu kuntratt attraenti bit-tama li jirreġistrawh mill-iktar fis possibbli.

Sport