Real Betis qed isegwu sew lid-difensur xellugi ta’ Manchester United Tyrell Malacia. Dan tal-aħħar ftit qagħad mat-tattiċi tal-kowċ Erik Ten Hag u issa Ruben Amorim u f’dawn l-aħħar sentejn u nofs lagħab biss 25 partita filwaqt li ma skorja xejn.
Wara li ħadu lil Antony b’self sal-aħħar ta’ dan l-istaġun, it-tim minn Seville hu lest ukoll li jilqa’ lil Tyrell li għandu 25 sena, hu ta’ nazzjonalita’ Olandiża u li kellu esperjenzi wkoll ma’ Feyenoord.