Wednesday, December 25, 2024

Real Madrid fil-final tal-Super Cup Spanjola

Aqra wkoll

Real Madrid se jkollhom l-opportunità li jiddefendu r-rebħ tas-Super Cup Spanjola fil-finali ta’ nhar il-Ħadd li ġej, kontra Barcelona jew Real Betis, wara li għelbu lil Valencia bl-iskor ta’ 4-3 bl-għoti tal-penalties wara li temmew fi draw ta’ 1-1. 

Il-Madrileni ddominaw dan il-konfront għal ħafna ħinijiet u fid-39 minuta, meritatament fetħu l-iskor minn penalty mogħti minn Karim Benzema wara li l-istess player twaqqa’ fil-kaxxa minn Eray Comert.

Iżda ftit sekondi mill-ftuħ tat-tieni taqsima, Valencia kisbu d-draw meta Samuel Lino kkonkluda mill-cross ta’ Toni Lato. 

Real ippressaw għat-tieni goal iżda kull darba ġew imċaħħda mill-goalkeeper, Giorgi Mamardashvili, biex il-partita kellha tiġi deċiża bil-penalties … b’dawk tal-Madrileni jaslu minn Benzema, Luka Modric, Kroos u Marco Asensio.

Ekonomija

Sport