Wednesday, March 27, 2024

Lionel Messi jiskorja għal Paris SG fl-ewwel dehra tiegħu mit-Tazza tad-Dinja

Aqra wkoll

Fl-ewwel dehra tiegħu ma’ Paris St Germain mindu rebaħ it-Tazza tad-Dinja mal-Arġentina, Lionel Messi niżżel ismu fil-lista tal-iskorers fir-rebħa ta’ 2-0 fuq Angers valida mill-Kampjonat Franċiż. 

Din ir-rebħa, li waslet tliet ġimgħat u nofs wara li l-captain Arġentin kien l-ispirazzjoni għal dan it-trijonf mondjali, rat lill-Pariġini jiftħu vantaġġ ta’ sitt punti fil-quċċata tal-klassifika. 

Messi kien imserraħ għall-ewwel tliet logħbiet ta’ PSG wara l-waqfa twila fl-istaġun ikkawżata mit-Tazza tad-Dinja iżda rritorna għat-taħriġ f’Pariġi ġimgħa ilu u reġa’ kien fil-formazzjoni inizjali għal din il-partita kontra t-team tal-qiegħ tal-Ligue 1. Beda wkoll Neymar, wara li tilef l-aħħar żewġ logħbiet, iżda Kylian Mbappe ġie mserraħ għat-tieni logħba konsekuttiva.

Il-Pariġini kellhom bidu tajjeb meta wara biss ħames minuti huma fetħu l-iskor minn Hugo Ekitike. 

Imbagħad, fit-72 minuta, Messi rdoppja biex kien qed jiċċelebraw t-13-il goal tiegħu tal-istaġun. 

Lens, li jinsabu fit-tieni post tal-klassifika, ġew miżmuma fi draw ta’ 2-2 barra minn darhom fi Strasbourg.

Ekonomija

Sport