Friday, May 17, 2024

Real Madrid jilħqu ftehim ma’ Antonio Rudiger

Aqra wkoll

Real Madrid qablu dwar ftehim biex jiffirmaw lid-difensur ta’ Chelsea, Antonio Rudiger, meta jiskadilu l-kuntratt fi tmiem l-istaġun, jgħid Guilleme Balague.

Nhar il-Ħadd, il-manager ta’ Chelsea, Thomas Tuchel, qal li Rudiger naqas li jaqbel ma’ ftehim ġdid maċ-champions Ewropew. Rudiger, li tkellem ukoll ma’ Bayern Munich, ġie offrut kuntratt li jiswa aktar minn £200,000 biex jibqa’ ma’ Chelsea.

Il-player ta’ 29 sena mistenni jiffirma kuntratt ta’ erba’ snin fil-Bernabeu bl-eżami mediku mistenni li jsir f’Londra.

Hu mifhum li t-tariffi biex jiffirma u tal-aġent mitluba mill-kamp ta’ Rudiger kienu għoljin wisq għal Chelsea.

“Real Madrid oriġinarjament kienu rrifjutaw iċ-ċans li jiffirmaw lil Rudiger iżda t-talbiet finanzjarji tnaqqsu mill-player,” qal Balague, li huwa l-espert tal-football Ewropew.

Rudiger, li ngħaqad mal-Blues għal somma inizjali ta’ £29 miljun mingħand Roma fl-2017, lagħab kważi 200 logħba, u skorja 12-il goal.

Huwa rebaħ iċ-Champions League, l-Europa League, it-Tazza tad-Dinja tal-Clubs u l-FA Cup fi Stamford Bridge.

“Aħna tajna kollox u issa nidħlu f’sitwazzjoni fejn ma nistgħux niġġieldu aktar minħabba s-sanzjonijiet u issa Toni se jitlaq,” qal Tuchel b’referenza għar-res­­trizzjonijiet li saru fuq il-club waqt li jinsab ifittex sid ġdid.

“Idejna huma marbuta. Ma nafx x’kien ikun ir-riżultat mingħajr is-sanzjonijiet. Dik hija d-deċiżjoni tiegħu. Mhux waħda sabiħa għalina iżda ma neħduhiex personalment.

Chelsea se jitilfu wkoll lid-difensur ċentrali tad-Danimarka, Andreas Christensen, dan is-sajf meta se jingħaqad ma’ Barcelona bi trasferiment ħieles, iżda l-captain Cesar Azpilicueta mistenni jibqa’ wara li ġiet attivata estensjoni ta’ sena fil-kuntatt tiegħu aktar kmieni dan l-istaġun.

Sport