Real Madrid huma miftuħa għall-bejgħ ta’ sitt players matul it-tieqa tat-trasferimenti ta’ Jannar.
Il-Los Blancos gawdew minn bidu pożittiv tal-istaġun, u jinsabu fit-tieni pożizzjoni fil-klassifika tal-La Liga – punt biss taħt il-leaders, Real Sociedad.
Madankollu, fi żmien meta l-club jibqa’ marbut ma’ Kylian Mbappe u Erling Braut Haaland, il-president Florentino Perez irid inaqqas il-kont tal-pagi tal-klabb fix-xhur li ġejjin.
Real Madrid huma lesti li jċedu diversi players li għandgom qligħ sotanzjali f’Jannar, inklużi players bħal Isco u Gareth Bale.
Iż-żewġ playmakers, kif ukoll id-difensur Marcelo, kollha mistennija jitilqu mill- Bernabeu bi free transfer fis-sajf jekk ma jitilqux f’Jannar.
Jesus Vallejo u Luka Jovic, li ma bdewx partita fil-La Liga dan l-istaġun, huma wkoll ħielsa li jitilqu jekk issir offerta xierqa għalihom.
Eden Hazard ukoll jidher li jinsab fuq il-lista ta’ players li jistgħu iħallu l-club, iżda mhux ċar jekk l-internazzjonali Belġjan hux lest li jimbarka fuq sfida ġdida fil-karriera tiegħu fl-aħħar tas-sena.