Saturday, August 1, 2026
Home Sport Real Madrid offruti ċ-ċans li jiffirmaw lil Timo Werner mingħand Chelsea

Real Madrid offruti ċ-ċans li jiffirmaw lil Timo Werner mingħand Chelsea

0
700

Real Madrid ġew offruti ċ-ċans li jiffirmaw lil Timo Werner mingħand Chelsea dan is-sajf.

Minkejja li wasal fi Stamford Bridge bir-reputazzjoni ta’ skorer prolifiku fil-Bundesliga, Werner naqas milli jilħaq l-istess kalibru matul iż-żmien tiegħu fil-kapitali Ingliża.

L-internazzjonali Ġermaniż irnexxielu jirreġistra 23 goal u 21 assist minn 89 dehra għall-Blues, iżda huwa rnexxileu jiskorja biss erba’ goals fil-Premier League fl-aħħar staġun.