Monday, May 13, 2024

Real Madrid ottimisti dwar il-kundizzjoni tajba ta’ Eden Hazard

Aqra wkoll

Jidher li Real Madrid huma ottimisti dwar il-kundizzjoni tajba ta’ Eden Hazard wara li l-attakkant irtira mill-impenji internazzjonali mal-Belġju.

Hazard beda flimkien ma’ Kevin De Bruyne u Romelu Lukaku fl-attakk kontra Franza fis-semifinali tan-Nations League iżda lagħab biss 74 minuta tal-konfront qabel ma ġie sostitwit minn Leandro Trossard.

Il-Belġju tilfu bl-iskor ta’ 3-2 maċ-champions tad-dinja Franza – li pproduċew rimonta mill-aqwa wara li kienu 2-0 minn taħt – iżda kien hemm tħassib dwar l-injury ta’ Hazard wara l-konfront.

Il-Belġju għandhom jaffaċċjaw lill-Italja fit-playoff għat-tielet post tal-Ħadd, iżda Hazard mhux se jkun qed jilgħab hekk kif irritorna Madrid għal aktar testijiet.

Ir-riżultati mill-iskans inizjali kienu pożittivi, madankollu, u Hazard jista’ jirritorna għall-konfront taċ-Champions League kontra Shakhtar Donetsk fid-19 ta’ Ottubru.

Hazard għamel 51 dehra biss matul sentejn milquta minn injury ma’ Real Madrid, fejn skorja ħames goals u pprovda disa’ assists oħra f’dak iż-żmien.

Sport