Iż-żewġ ġganti Spanjoli u rivali ta’ xulxin Real Madrid u Barcelona qed isegwu sew lid-difensur ta’ Bayer Leverkusen Jonathan Tah. Dan tal-aħħar għandu 28 sena u hu ta’ nazzjonalita’ Ġermaniża. Hu ilu maċ-champions Ġermaniżi sa mis-sena 2015 fejn skorja 13-il gowl f’264 partita.
Jidher li l-Madrileni huma fil-vantaġġ fuq il-Katalani anke għax il-plejer jixtieq ħafna jingħaqad mat-tim li jilgħab f’Estadio Santiago Bernabeu.
Fil-passat Tah kien jilgħab ukoll ma’ Hamburg u Fortuna Dusseldorf.