Tuesday, July 14, 2026
Home Sport Real Madrid wara Bruno Guimaraes

Real Madrid wara Bruno Guimaraes

0
334

Real Madrid qed isegwu b’attenzjoni l-profil tal-plejer ta’ nofs il-grawnd Bruno Guimaraes. Dan tal-aħħar għandu 25 sena u hu meqjus bħala leaders mal-klabb tiegħu Newcastle United.

L-eks plejer ta’ Lyon li hu ta’ nazzjonalita’ Brażiljana qed jogħġob ħafna lill-kowċ tal-Merengues Carlo Ancelotti.

Guimaraes jista’ jsaħħaħ nofs il-grawnd tat-tim issa li Luka Modric m’għadux żgħir u qed jaħsbu bil-mod sabiex ikollhom plejer minfloku.