Hemm taħlita ta’ ideat bejn il-partitarji ta’ Juventus dwar is-sitwazzjoni attwali tal-klabb Bianconero bħalissa. Wara d-draw ta’ 1-1 kontra Atalanta, l-istatistika ma tantx hi daqshekk ħanina ma’ dan il-klabb minn Turin tant li rnexxielhom jiksbu biss sitt punti minn seba’ partiti apparti li ġiet irreġistrata rebħa waħda.
Xi partitarji qed jgħidu li Allegri jrid iwarrab fl-aħħar ta’ dan l-istaġun minħabba li hu meqjus responsabbli għan-nuqqas ta’ grinta li qed juri t-tim, b’oħrajn qed ifaħħru l-fatt li hu stess laħaq l-elf punt fis-serie A Taljan.
Sadanittant, il-Bianconeri ġew maqbuża minn AC Milan fit-tieni post, xi ħaġa li l-istess partitarji xejn ma ħaduha tajjeb.