Wednesday, March 12, 2025

Rebħa Karkariża kkaratterizzata bi tliet tkeċċijiet

Aqra wkoll

Floriana ……….0

Birkirkara …….2

Minn Cristian Muscat

Birkirkara għelbu lil Floriana bl-iskor ta’ 2-0 minkejja li lagħbu bi player inqas għall-aħħar 20 minuta filwaqt li fil-ħin miżjud kull team kellu player imkeċċi.

B’din ir-rebħa, issa l-Istripes qabżu waħedhom fil- quċċata tal-klassifika.

Kien biss fit-18-il minuta li waslet l-ewwel azzjoni denja ta’ nota, b’Birkirkara jkunu huma li joħolqu l-periklu, meta xutt mid-distanza ta’ Alex Satariano ġie salvat parzjalment mill-goalkeeper, Christoffer Mafoumbi, b’Alex da Paixao Alves jixħet għan-nofs iżda ħadd mill-players sħabu ma rnex­xielu jagħmel kuntatt mal- ballun.

Floriana wieġbu fid-29 minuta meta xutt sabiħ ta’ Matias Nicolas Garcia intemm ftit għoli.

Iżda, fl-34 minuta, kienu Birkirkara li fetħu l-iskor meta Alex da Paixao Alves approfitta minn indeċiżjoni ta’ Floriana, għadda tajjeb lejn MAXUELL MAIA, li avvanza tajjeb fil-kaxxa u b‘ele­ganza tefa’ ġewwa, b’dan ikun l-20 goal tiegħu matul dan l-istaġun, biex kom­pla jsaħħaħ postu fil-quċċata tal-lista tal- iskorers.

U tliet minuti wara, l-Istripes rduppjaw meta Ma­xuell Maia għadda lejn ALEX SATARIANO li minn taħt il-lasti mingħajr pressjoni ta’ xejn kompla għal ġewwa.

Il-pressjoni kienet kollha fuq Floriana u għaldaqstant mal-ftuħ tat-tieni taqsima ppruvaw jagħmlu reazzjoni biex jidħlu fil-partita. L-ewwel azzjoni waslet, fl-54 minuta,  meta xutt mid-distanza tas-sostitut Gabriel Sotomayor għadda barra.

Fit-63 minuta, free-kick tal-istess Sotomayor kien nieqes mill-preċiżjoni u mis-saħħa u ntemm ftit għoli.

Fis-67 minuta Birkirkara qalgħu daqqa ta’ ħarta meta spiċċaw jilagħbu b’10 players meta tkeċċa  Ignacio Manuel Morello wara li rċieva t-tieni karta safra wara daħla kerha fuq  is-sostitut Jork Eblin Becerra.

Fis-77 minuta, Floriana resqu qrib ferm li jnaqqsu l-marġni tal-iskor meta Oualid El Hasni kellu daqqa ta’ ras mill-viċin salvata taj­jeb mill-goalkeeper Giacomo Volpe.

Fil-ħin miżjud kien hemm aktar drama meta kull team kellu player imkeċċi.

Il-Furjaniż Fernandinho ntwera l-karta l-ħamra għal foul professjonali filwaqt li mbagħad tkeċċa l-goalkeeper ta’ Birkirkara, Giacomo Volpe għal ritaljazzjoni aggressiva fuq Fernandinho.

FLORIANA: 45-Christoffer Mafoumbi, 4-Oualid El Hasni, 9-Elvis Mashike Sukise (8-Jake Grech 64), 11-Zachary Scerri (14-Jork Eblin Becerra 64), 12-Dunstan Vella (Franklin Sasere 64), 17-Owen Spiteri, 20-Matias Nicolas Garcia, 25-Julian Gonzalo Gamarra (29-Quadri Alionida 87), 77-Aleandro Garzia, 79-Guy Serge Cedric Yameogo (10-Gabriel Sotomayor 41), 94-Jose Fernando Gomes Junior   – Coach: Darren Abdilla

BIRKIRKARA: 1-Giacomo Volpe, 3-Ignacio Manuel Morello, 5-Agustin Sandona, 7-Alex Da Paixao Alves (7-Gislain Yikpe 46) (19-Matthew Grech 96), 8-Paul Mbong (13-Tomislav Papazov 86), 20-Alex Satariano, 24-Leandro Lautaro Lacunza, 25-Neil Micallef, 27-Alessandro Coppola, 59-Stephene Donovan Makoma, 91-Maxuell Maia (30-Nathan Cross 86)   – Coach: Stefano De Angelis

REFEREE: Slobodan Petrovic

ASS. REFEREES: James Muscat, Mark Ciantar

RABA’ UFF: Emanuel Grech

SKORERS: M. Maia 34, A. Satariano 37 (B)

AMMONITI: I. M. Morello (2) (B)

TKEĊĊEW: I. M. Morello 67, G. Volpe 93 (B), J. F. Gomes Junior 93 (F)

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport