Friday, November 22, 2024

Rebħa  minima għal Sliema Wanderers

Aqra wkoll

Sta Lucia ………………0

Sliema Wanderers ….1

Sliema Wanderers kisbu t-tieni rebħa konsekuttiva meta għelbu lil Sta Lucia bl-iskor minimu ta’ 1-0.

Is-Slimiżi ħarġu tajjeb u wara ħames minuti Vito Plut kellu xutt minn barra l-kaxxa li għadda jħakkek mal-wieqfa.

Il-Wanderers komplew fuq l-offensiva u fit-32 minuta, Vito Plut, minn pożizzjoni ideali tefa’ barra.

Fl-34 minuta, Sliema fetħu l-iskor meta Plut indirizza cross mix-xellug li sab lil SAMUEL GOMES DA MATA li tefa’ ġewwa.

Sta Lucia wieġbu fit-42 minuta meta tentattiv minn corner dirett ta’ Hulk stampa mal-mimduda, bil-goalkeeper tal-Wanderers Rashed Al Tumi ibiegħed il-ballun ‘il bogħod minn kull periklu.

Fil-45 minuta xutt ta’ Alves għal-Luċjani, ġie salvat b’diffikultá minn Rashed Al Tumi.

Sliema resqu viċin li jifħu l-iskor fil-55 minuta meta Gomez għadda tajjeb lejn Plut li ra lill-goalkeeper ta’ Santa Lucia Da Paz isalva tajjeb b’saqajh u jintemm f’corner.

Fit-62 minuta, Vito Plut reġa’ ħoloq il-periklu għall- Wanderers iżda kellu t-tentattiv tiegħu jintemm ftit barra.

Fis-67 minuta, il-Luċjani qalgħu daqqa ta’ ħarta meta spiċċaw jilagħbu b’10 players meta tkeċċa għalihom il-player Sven Xerri wara li rċieva żewġ karti sofor f’temp ta’ 16-il minuta.

Sliema komplew jiddettaw il-logħob u fit-72 minuta Geoffrey Edwin Acheampong ra lil Da Paz idawwar f’corner b’diffikultá. Seba’ minuti wara, Sliema resqu viċin li jerġgħu isibu x-xibka meta Karim Abubakar kellu x-xutt tiegħu minn taħt il-lasta salvat tajjeb minn Da Paz.

Il-Wanderers baqgħu jamministraw il-vantaġġ min­għajr wisq tbatija.

Sta Lucia: 12-Celio Da Paz Silva, 3-Mattias Ellul, 7-Steve Pisani, 9-Eduardo Pereira (29-Jed Valletta 88), 10-Tatsuro Nagamastu (D. Xuereb 61’), 17-Jurgen Pisani, 20-Gonzalo Nicolas Virano (11-Lucas Sena Silva 68’), 22-Hulk, 27-Alessio Piazza (15-Adam Bradshaw 68), 55-Sven Xerri, Evandro Pinto Gomes (18-J. Tanti 61) Coach: Alessandro Zinnari

Sliema W.: 22-Rashed Al Tumi, 2-Jean Borg, 6-Joseph Minala, 9-Vito Plut (21-Neil Frendo 72), 11-Myles Beerman, 15-Gustavo Alcino, 18-Edmond Agius, 20-Denis Kouao (4-Miguel D’Alessandro 90), 31-Henrique Bernardo, 39-Samuel Gomes Da Mata (99-Karim Abubakar 61), 77-Abdullahi Mohamed (70-Lydon Micallef 72) Coach: Paul Zammit

Referee: Malcolm Spiteri

Ass. Referees: Duncan Sultana u Max-Lee Muscat

Raba’ Uff: Emanuel Grech

Skorer: S. Da Mata 34 (S)

Tkeċċa: S. Xerri 76 (SL)

Ammoniti: S. Xerri (2) (SL)

Player tal-Logħba: Joseph Marie Minala (S)

Sport