Saturday, May 4, 2024

REBĦIET KONVINĊENTI GĦAL LIVERPOOL U ROMA

Aqra wkoll

 Intlagħbet it-tielet ġurnata tal-Fażi tal-Gruppi tal-UEFA Europa League u tal-UEFA Conference League bl-aktar li jolqtu l-interess tal-Maltin ikunu t-timijiet Ingliżi u dawk Taljani.

UEFA EUROPA LEAGUE

Olympiakos v West Ham – West Ham marru għand Olympiakos u sfaw megħluba bl-iskor ta’ 2-1 bil-goals jaslu minn Kostas Fortounis (33) u Rodinei (45) filwaqt li Lucas Paqueta (87) irrisponda għall-Hammers.

Sturm Graz v Atalanta – Sturm Graz u Atalanta spiċċaw fi draw ta’ 2-2. Luis Muriel (34, 45 pen) skorja doppjetta għall-Bergamaschi filwaqt li Alexander Prass (13) u Tomi Horvat (89 pen) irrispondew għall-Awstrijaċi li kellhom lil Stefan Hierlander (53) imkeċċi għal żewġ karti sofor. 

Sparta Prague v Rangers – Sparta Prague u Rangers temmew fi draw ta’ mingħajr goals f’partita li ftit offriet emozzjonijiet.

Liverpool v Toulouse – Liverpool għelbu lil Toulouse bl-iskor kbir ta’ 5-1, bil-goals għalihom jaslu minn Diogo Jota (9), Wataru Endo (30), Darwin Nunez (34) u Ryan Gravenberch (65) u Mohamed Salah (93). Thijs Dallinga (16) kien ġab l-iskor momentarjament indaqs għall-Franċiżi.

Brighton v Ajax – Brighton kisbu rebħa ta’ 2-0 kontra Ajax, bl-iskorers għalihom ikunu Joao Pedro (42) u Ansu Fati (53).

Roma v Slavia Prague – Roma għelbu lil Slavia Prague bl-iskor ta’ 2-0, bl-awturi tal-goals għalihom ikunu Edoardo Bove (1) u Romelu Lukaku (17).

Leverkusen v Qarabag – Leverkusen ġħelbu lil Qarabaq bl-iskor kbir ta’ 5-1, bil-goals għalihom jaslu minn Florian Wirtz (5), Alejandro Grimaldo (29), (55), Victor Boniface (35), u Edmond Tapsoba (58). Toral Bayramov (16) kien ġab l-iskor monentarjament indaqs għal Qarabaq.

UEFA CONFERENCE LEAGUE

Alkmaar v Aston Villa – Fl-Olanda, Aston Villa rreġistraw rebħa impressjonanti meta għelbu lil AZ Alkmaar bl-iskor ta’ 4-1. L-iskorers kienu Leon Bailey (13), Youri Tielemans (23), Ollie Watkins (51) u John McGinn (56) filwaqt li Ibrahim Sadiq (65) wieġeb għal Alkmaar. 

Fiorentina v Cucaricki – Fiorentina umiljaw lil Cucaricki meta għelbuhom bl-iskor kbir ta’ 6-0, bl-iskorers għalihom ikunu Lucas Beltran (6), (10), Jonathan Ikone (29), Riccardo Sottil (65), Lucas Martinez Quarta (73) u Maxime Lopez (83).

Aberdeen v PAOK – PAOK kisbu rebħa drammatika meta dawru telfa f’rebħa ta’ 3-2 kontra Aberdeen, bl-awturi tal-goals għalihom ikunu Kiril Despodov (73), Vieirinha (84) u Stefan Schwab (95) minn penalty. Dan sabiex iż-żewġ goals għall-Iskoċċiżi waslu minn Bojan Miovski (50) u Dante Polvara (58).
Eintracht F. v Helsinki – Eintracht Frankfurt umiljaw lil Helsinki meta għelbuhom bl-iskor kbir ta’ 6-0, bil-goals għalihom jaslu minn penalty ta’ Junior Dian Ebimbe (12), (89), Robin Koch (27), Omar Marmoush (31), Tuta (48), u Elyes Skhiri (55). 

Sport