Wednesday, April 24, 2024

Refuġjati mill-Ukrajna li kienu qegħdin jgħixu f’Kunvent provduti b’akkomodazzjoni

Aqra wkoll

Il-Pirjol u l-Komunità tal-Patrijiet Dumnikani sellmu lil Ivan u Helena – refuġjati mill-Ukrajna li f’April ħarbu lejn Malta wara li tilfu dak kollu li kellhom minħabba l-invażjoni f’pajjiżhom. 

Il-Pirjol u l-Patrijiet Dumnikani fetħu l-Kunvent tal-Birgu għalihom, u dawn l-aħħar tliet xhur għexu fil-Kunvent. 

Fi stqarrija, il-Kunvent Dumnikan tal-Birgu qal li kienet esperjenza mill-isbah għalihom u  awguraw lil Ivan u ‘l Helena li issa ġew provduti b’akkomodazzjoni privata.

Sport