Sunday, December 22, 2024

Rekord Olimpiku fl-4x100m mill-Amerikani

Aqra wkoll

Kien hemm antiċipazzjoni kbira għat-tellieqa tal-4x100m bl-ispettaturi bdew jagħtu l-appoġġ lil Franza li kienet tinsab fit-tmien lane.

L-Istati Uniti b’Rai Benjamin kienu jinsabu f’lane 4, il-Botswana b’Letsile Tebogo f’lane 6.

Il-Gran Brittanja f’lane 7 kellhom lil Matt Hudson-Smith li mal-ħruġ kien fit-tien post.

Il-Gran Brittanja qabdu lil Franza fuq l-istagger. U f’lane 6, il-Botswana laħquh wkoll bl-Istati Uniti bdew ġejjin qawwija.

Hekk kif qatgħu għal ġewwa, il-Botswana marru fuq quddiem. Il-Botswana mill-Istati Uniti u l-Gran Brittanja fit-tieni bidla – kien hemm eċċitament kbir.

Bryce Deadmon tal-Istati Uniti beda jaqta’ fuq quddiem fuq din it-tielet leg – iżda issa kien  viżibbilment għajjien fid-dritta hekk kif ġew għall-aħħar leg.

Kein Tebogo kontra Benjamin, il-Botswana kontra l-Istati Uniti! Il-Gran Brittanja kienu distanzjati fit-tielet post.

U meta ġew għall-aħħar medda, Benjamin għeleb lil Tebogo bi ftit ċentimetri biex l-Istati Uniti rebħu fil-ħin rekord Olimpiku ta’ 2:54.43! Huma resqu tassew qrib ir-rekord dinji li ilu jeżisti 31 sena.

Il-Botswana ħadu l-fidda f’rekord Afrikan ta’ 2:54.53, u l-bronż għall-Gran Brittanja f’rekord Ewropew ta’2:55.83.

Kien hemm ukoll rekord Asjatiku għall-Ġappun fis-sitt post f’2:58.33.

Ekonomija

Sport