Saturday, November 23, 2024

Rekord ta’ każi ġodda tal-Covid-19 fid-dinja sa mill-bidu tal-pandemija

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

L-Għaqda Dinjija tas-Saħħa qalet li fl-aħħar 24 siegħa kien hemm ‘il fuq minn 294,000 każ ġdid ta’ coronavirus. Dan huwa l-akbar għadd ta’ każi f’ġurnata waħda sa mill-bidu tal-pandemija.

Skont studju li sar fl-Universita Johns Hopkins aktar minn 21 miljun persuna ġew infettati mill-COVID-19 u aktar minn 771,000 tilfu ħajjithom.

Xi pajjiżi qed jirnexxielhom inaqqsu r-rata tal-infezzjonijiet, filwaqt li oħrajn li dehru li kien irnexxielhom jikkontrollaw il-każi, sfortunatament qed jaraw żieda fir-rata tal-infezzjonijiet.

Sport