Renato Veiga se jkun qed jingħaqad ma’ Juventus fuq bażi ta’ self mingħand Chelsea bil-patt u l-kundizzjoni li jirritorna fi Stamford Bridge qabel il-FIFA Club World Cup li se ssir matul is-sajf li ġej.
Juventus se jkunu qed iħallsu €5 miljun bħala miżata tas-self lill-Blues b’miljun ewro ieħor li se jingħataw bħala bonuses lill-istess plejer.
Veiga għandu 21 sena u hu ta’ nazzjonalita’ Portugiża. Hu ngħaqad ma’ Chelsea fis-sena 2024 u s’issa lagħab seba’ logħbiet iżda ma skorja l-ebda gowl.