Wednesday, April 24, 2024

Renault Malta b’open week mix-Showroom ta’ Kind’s

Issa ċ-ċans bien tixtri l-karozza ġdida tiegħek u tiffranka sa €5,000

Aqra wkoll

Renault Malta se jkunu qegħdin jorganizzaw open week mix-showrooms tagħhom f’Ħal Lija u fix-Xewkija Għawdex. Dan se jkun qiegħed isir bejn it-13 ta’ Settembru u t-18 ta’ Settembru. Il-pubbliku se jkun jista jibbenefika minn offerti speċjali fuq il-mudelli kollha tal-għamla Renault; kemm dawk fis-suq kif ukoll fuq ordnijiet ta’ vetturi ġodda. Nagħtu ħarsa lejn il-varjetà ta’ mudelli disponibbli;

Renault ZOE

Skopri mill-ġdid il-pjaċir tas-sewqan permezz ta’ din il-vettura ġdida. Esperjenza ta’ teknoloġija innovattiva fejn fejn biex tiċċarġja l-vettura tiegħek m’għandekx għalfejn tikkomplika l-ħajja. Kulma għandek tagħmel huwa li tqabbad il-vettura tiegħek tiċċarġja filgħaxija qabel tmur torqod u sa filgħodu ssib il-vettura ċċarġjata u lesta biex toffrilek distanza ta’ madwar 395 Kilometru. Din il-vettura tikkwalifika għas-sussidju tal-gvern fuq il-vetturi elettriċi u b’hekk se tkun qiegħed tiffranka sa €9,000.

Il-prezz ta’ din il-vettura jibda minn €19,500 jew €287 fix-xahar.

Renault Clio (disponibbli wkoll bħala karozza hybrid)

Mudell bi profil dinamiku bi dwal kollha LED li jgħinuk tinġibed lejn din il-karozza mal-ewwel daqqa t’għajn. Din il-karozza rnexxielha tikseb unur ieħor din is-sena wara li ntagħżlet minn Auto Express bħala Supermini għas-sena 2021. Il-ġurija taw numru ta’ raġunijiet għalfejn din il-karozza hija l-favorita tagħhom. Huma spjegaw li l-Clio kompliet togħla fil-livell u meta kkumparata ma’ mudelli li huma ferm akbar minnha, il-Clio mhux biss hija spazjuża, iżda saħansitra tgħinek tħossok f’mudell ta’ karozza kbira li toffri ċertu kumdità.

Il-prezz tagħha jibda minn €13,190 jew €197 fix-xahar.

Renault Captur

Vettura SUV; moderna u eleganti li mhux biss tagħtik ċertu pożizzjoni u kumdità meta ssuqha, iżda tgħinek wkoll fejn tidħol viżibilità tat-triq. Din il-vettura tiddistingwi ruħha minn mudelli oħra u dan minħabba l-estetika tagħha, b’disinn kkumplimentat minn tonalita ta’ żewġ kuluri u dwal LED f’forma partikolari. Din il-vettura hija disponibbli bħala waħda hybrid u b’hekk is-sid jista’ jagħżel li jaqleb fuq l-enerġija rinovabbli f’kull mument waqt il-vjaġġ tiegħu.

Il-prezz ta’ din il-karozza jibda minn €17,190 jew €254 fix-xahar.

Renault Kadjar 

Renault Kadjar tinsab lura fis-suq bil-laqta’ tagħha li tiddistingwiha mill-mudelli l-oħra kollha fejn tidħol apparenza u disinn tagħha. Il-Kadjar rritornat b’faċċata ġdida li tinkludi front grille ġidda, bumpers iddisinjati mill-ġdid, shark fin antenna, dwal LED u rimijiet (19 inch). Minn ġewwa, il-vettura toffri ċertu lussu ta’ ġilda li tgħin biex dak li jkun jinteressa ruħu fiha mal-ewwel daqqa t’għajn.

Il-prezz ta’ din il-vettura jibda minn €21,400 jew €315 fix-xahar.

Renault Megane

Din hija vettura ideali bħala family car, iżda minħabba li hija vettura prattika filwaqt li tgawdi minn ċertu stil ta’ eleganza. Tajjeb li wieħed isemmi wkoll li minn ġewwa l-vettura toffri ċertu lussu fejn tidħol it-teknoloġija.

Il-prezz ta’ din il-vettura jibda minn €21,000 jew €309 fix-xahar.

Renault Arkana 

L-Arkana hija kombinazzjoni ta’ coupé b’lemħa ta’ SUV. Din hija vettura oħra li faċilment tista’ tiddistingwiha minn vetturi oħra ta’ kull xorta. Il-vettura hija sportiva minn barra, spazjuża minn ġewwa u kumdità kbira fejn tidħol pożizzjoni fis-sewqan. Barra minn hekk l-Arkana għandha bagoll spazjuż immens.

Vettura li tibda minn €25,500 jew €373 fix-xahar.

Vetturi b’sistema ta’ E-Tech Hybrid

Permezz ta’ Renault, il-klijent jista’ jibbenefika minn vettura elettrika mingħajr il-bżonn li joqgħod iqabbadha biex tiċċarġja. Is-sistema E-Tech Hybrid toffri kombinazzjoni bejn il-magna, żewġ magni elettriċi u l-batterija. Din is-sistema kapaċi tirkupra l-enerġija minn fażijiet partikolari waqt is-sewqan li kapaċi joffri enerġija biex tiġi ċċarġjata l-batterija. Din is-sistema kapaċi tnaqqas il-konsum sa 40 fil-mija meta mqabbla ma’ vetturi li jaħdmu bil-fuel. Din is-sistema tinstab ukoll fuq mudelli ikoniċi tal-kumpanija u għalhekk tista’ tibbenefika minn din is-sistema ta’ sewqan mingħajr ma tiġi mġiegħel tiċċaħħad mill-mudell favorit tiegħek.

Titilfux dan iċ-ċans biex iżżuru x-showrooms indikati aktar qabel sabiex tkunu tistgħu tibbenefikaw minn dawn l-offerti speċjali. L-offerti huma validi fuq konferma ta’ xiri matul din l-istess ġimgħa u bdil ta’ vetturi huwa wkoll aċċettat.

Għal aktar informazzjoni: Idħol fil-link

Sport