Residenti Melliħin nhar is-Sibt filgħodu pprotestaw kontra proposta ta’ żvilupp biex spazju miftuħ jinbidel f’109 appartamenti u 171 garaxx.
F’konferenza tal-aħbarijiet li kienet organizzata minn grupp ta’ residenti fil-Mellieħa u anke minn Il-Kollettiv, qalu li dan il-proġett jekk isir se jħalli mpatt negattiv fuq il-lokalita kollha. Skont huma minħabba dan il-proġett se jkun hemm aktar storbju, tniġġis u anke konġestjoni.
Waqt l-istess konferenza r-residenti talbu lill-Gvern biex jieħu azzjoni u u jippreżerva ż-żona. Huma talbu biex il-Gvern jieħu f’idejh din l-art biex l-iżvilupp ma jsirx u ż-żona tibqa’ titgawda mir-residenti.